STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum indirizzat ċeremonja tal-ftuħ uffiċjali tal-estenzjoni f’Casa Arkati, il-Mosta.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li il-Gvern qiegħed jaħdem fuq standards għar-Residenzi tal-Anzjani fil-komunità li bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika fuqhom. Kompliet tgħid li biex il-Gvern jassigura kwalità aħjar għar-residenti fid-djar tal-Anzjani, is-Segretarjat Parlamentari nieda wkoll Karta tad-Drittijiet u Responsabbiltajiet li għandhom dawn ir-residenti.
Justyne Caruana żiedet tgħid li l-Gvern kommess biex iżid is-servizzi fil-komunità biex jiffaċilita l-Independent Living. Hija semmiet kif is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed f’diskussjonijiet biex ikomplu jiżdiedu aktar servizzi ta’ kwalità fil-komunità
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041