STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI, MICHAEL FARRUGIA
Identifikata propjetà sabiex jibda l-proġett ghal dar residenzjali ghal persuni b’diżabilità
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia ħabbar illi ġiet identifikata proprjetà mingħand l-Awtorità tad-Djar sabiex tkun żviluppata f’residenza għal persuni b’diżabilità. Dan ħabbru waqt li kien qed jattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-estensjoni f’Casa Arkati, il-Mosta.
Michael Farrugia tkellem dwar il-fatt illi l-popolazzjoni ta’ Malta qegħda kull ma tmur issir aktar anzjana, u għalhekk dan jirriżulta f’talbiet għal aktar sodod u kura.
Huwa saħaq illi dan huwa settur li qed ikun hemm hafna pressjoni fuqu. Il-Ministru Farrugia qal illi bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġu identifikati benchmarks għal dawk li jkunu interessati jinvestu f’dan is-settur, sabiex meta japplikaw għat-tenders ikunu jafu x’qed jistenna l-Gvern, bit-tama li jiġi evitat ix-xoghol prekarju.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll illi dan il-Gvern huwa impenjat biex jaqta’ il-prekarjat mill-ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani, u l-persuni b’dizabilità u oqsma oħrajn.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet illi qed issir ħidma mal-istakeholders kollha sabiex l-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Caruana qalet illi meta ssir anzjan ma jfissirx illi ma tkunx tista’ tagħti kontribut, għax dejjem hemm lok biex wieħed jikkontribwixxu lejn is-soċjetà.
Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li hemm bzonn li nippromwovu l-aqwa standards għall-anzjani tagħna biex ikollhom l-aħjar fl-iktar mumenti vulnerabbli ta’ ħajjithom.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041