IL-KUMMISSARJU GĦAS-SIMPLIFIKAZZJONI U T-TNAQQIS FIL-BUROKRAZIJA ANTHONY AGIUS DECELIS INIEDI PROGRAMM TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-STAKEHOLDERS EWLENIN FIL-PAJJIŻ
Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis fil-Burokrazija Anthony Agius Decelis nieda l-programm ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin fil-pajjiż. L-għan ewlieni ta’ dawn l-ewwel stajdu ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjonijiet huwa li jiġu elenkati oqsma fejn hemm bżonn li tiġi ssimplifikata sistema jew titnaqqas il-burokrazija f’xi proċess partikolari.
Diversi unjins u korporazzjonijiet se jiġu mistiedna jressqu s-suġġerimenti tagħhom sabiex dawn imbagħad jiġu evalwati u proponuti lid-dipartimenti kkonċernati. Il-pubbliku huwa mistieden jressaq il-proposti tiegħu via l-email simplification.commissioner@gov.mt.
Saru wkoll laqgħat mar-rappreżentattivi tal-unjins tal-Malta Union of Teachers (MUT), General Workers Union (GWU) u Medical Association of Malta (MAM). Għal dawn il-laqgħat attenda wkoll il-kelliem ewlieni tal Gvern Carmelo Abela. Il-unjins ġew mitluba jgħaddu l-proposti tagħhom fil-jiem li ġejjin.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041