Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ NOFS MILJUN EWRO FIT-TISBIĦ TAL-ORACLE CASINO

pr141265
Date Icon 04/06/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għal kompetittività u t-tkabbir ekonomiku Dr. José Herrera, inawgura uffiċjalment l-Oracle Casino wara xogħol ta’ tisbiħ b’investiment ta’ nofs miljun ewro mill-kumpanija Tumas Gaming.

Il-Ministru Cardona qal li l-kumpanija Tumas Gaming matul is-snin għarfet ittejjeb u toffri servizzi ġodda lill-klijenti tagħha u l-inawgurazzjoni tal-lum hija pass ieħor fis-suċċess tal-kumpanija, li llum t’opera f’pajjiżna 2 Casinos.

“Wieħed ma jistax jinjora il-kontribut siewi li din il-kumpanijja tagħti, mhux biss lil-ekonomija permezz tal-miljuni ta’ Ewro li tiġġenera f’pajjiżna kull sena, iżda wkoll għaliex tħaddem numru sostanzjali ta’ ħaddiema f’setturi differenti” saħaq il-Ministru Cardona.

Dr. Chris Cardona tkellem ukoll dwar il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa fuq il-manipulazzjoni ta’ kompetizzjonijet Sportivi, fejn assigura lill-operaturi, li l-Gvern Malti se jkompli jħares l-interessi ta’ dan is-settur u jirrezisti dawk l-aspetti li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-industrija.

“Din l-industrija tgħati kontribut sinifikanti lill-ekonomija u l-intenzjoni tal-Gvern hija dik li jkompli jsaħħaħ il-pozizzjoni ta’ pajjiżna fis-settur u jkompli jirrezisti deċizjonijiet, anke fuq livell ewropew,  li jistgħu jkunu ta’ theddida għal interess tal-operaturi lokali u tal-ekonomija Maltija” qal il-Ministru Cardona. 

Dwar dan is-suġġett tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari José Herrera, li tenna l-impenn tal-Gvern li jara lil din l-Industrija tikber b’mod responsabli. Qal li  l-Gvern Malti qed jaqbel mal-għanijiet proposti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Manipulazzjoni ta` Kompetizzjonijiet Sportivi imma mhux qed jaqbel mad-definizzjoni ġdida li l-istess konvenzjoni trid idaħħal fuq l-imħatri fil-kompetizzjonijiet sportivi.

“Aħna nħossu li d-definizzjoni imposta fuq l-imħatri fl-isports tmur lil hinn minn dawn l-objettivi filwaqt li l-istess definizzjoni tista’ tippreġudika l-qagħda ta’ pajjiżna. Dan kollu qed ngħidu għaliex l-pozizzjoni tal-Gvern Malti hija dik li jsostni lil din l-industrija filwaqt li jiffaċilita t-tkabbir responsabli tagħha”, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera tenna l-impenn tal-Gvern li jara l-industrija tiżviluppa. “L-inawgurazzjoni ta’ dalgħodu hija prova ċara ta’ dan kollu”, qal is-Segretarju Parlamentari.  Huwa qal li l-okkazzjoni tal-lum qed tara l-introduzzjoni ta’ tagħmir ta’ logħob ġdid li se jkun disponibbli għal ġugaturi sottoskritti ma’ Oracle Casino’ kif ukoll ma’ The Casino at Portomaso.

Il-parteċipazjoni fuq sports betting f’dawn il-Casinos se ssir permezz ta’ tagħmir li ġie spezzjonat u approvat mir-Regolatur tal-Logħhob u l-Lotteriji. Dan it-tagħmir ta’ logħob huwa kopert mill-liċenzja tal-Casinos li għandhom dawn iż-żewġ stabbilimenti li jiffurmaw parti minn Tumas Gaming.

“Permezz ta’ dan it-tagħmir ġdid, il-ġugaturi issa se jgawdu minn portafoll iktar estensiv ta’ logħob f’ambjent modern, irregolat u fejn il-proċeduri għal logħob responsabbli huma għad-dispożizzjoni tagħhom” qal is-Segretarju Parlamentari.

L-inawgurazzjoni kienet indirizzata wkoll mill-Kap Eżekuttiv ta’ Tumas Gaming is-Sur Yorgen Fenech u l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ tal-Logħob u l-lotteriji s-Sur Joseph Cuschieri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow