Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU BRINCAT GĦAL LAQGĦA MINISTERJALI IMPORTANTI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA, F'BONN

pr141263
Date Icon 04/06/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, ser jattendi laqgħa Ministerjali importanti organizzata mill-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil tal-Klima, taħt il-UNFCC (United Nations Framework Convention For Climate Change) f'Bonn, il-Ġermanja.

Għalkemm il-laqgħa ilha għaddejja għadd ta' jiem fuq livell tekniku, dik li qed tissejjaħ il-High Level Ministerial Engagement sejra tkun mifruxa fuq jumejn - il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Il-Ministru mistenni li jieħu sehem kemm f'High Level Ministerial Roundtable dwar il-Kyoto Protocol dwar kif għandna nsaħħu l-impenn tagħna fuq livell internazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, kif ukoll f'High Level Ministerial Dialogue dwar id-Durban Platform for Enhanced Action, li għandu jiffoka fuq kif tista’ tiġi implimentata azzjoni fuq livell internazzjonali biex jiġu mtaffija effetti negattivi fuq livell domestiku, issa u fil-ġejjieni.

Għalkemm is-soltu dawn il-laqgħat ta’ kull sena f’Bonn isiru biss fuq livell tekniku, din is-sena il-Ġnus Magħquda ħasset il-ħtieġa li torganizza ukoll laqgħat Ministerjali bi tħejjija għal diversi summits dwar il-klima li mistennija jsiru din is-sena u s-sena d-dieħla.

Il-Ministru Brincat jinsab akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi dwar it-Tibdil tal-Klima Dr Simone Borg. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow