IL-MINISTRU BRINCAT GĦAL LAQGĦA MINISTERJALI IMPORTANTI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA, F'BONN
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, ser jattendi laqgħa Ministerjali importanti organizzata mill-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil tal-Klima, taħt il-UNFCC (United Nations Framework Convention For Climate Change) f'Bonn, il-Ġermanja.
Għalkemm il-laqgħa ilha għaddejja għadd ta' jiem fuq livell tekniku, dik li qed tissejjaħ il-High Level Ministerial Engagement sejra tkun mifruxa fuq jumejn - il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Il-Ministru mistenni li jieħu sehem kemm f'High Level Ministerial Roundtable dwar il-Kyoto Protocol dwar kif għandna nsaħħu l-impenn tagħna fuq livell internazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, kif ukoll f'High Level Ministerial Dialogue dwar id-Durban Platform for Enhanced Action, li għandu jiffoka fuq kif tista’ tiġi implimentata azzjoni fuq livell internazzjonali biex jiġu mtaffija effetti negattivi fuq livell domestiku, issa u fil-ġejjieni.
Għalkemm is-soltu dawn il-laqgħat ta’ kull sena f’Bonn isiru biss fuq livell tekniku, din is-sena il-Ġnus Magħquda ħasset il-ħtieġa li torganizza ukoll laqgħat Ministerjali bi tħejjija għal diversi summits dwar il-klima li mistennija jsiru din is-sena u s-sena d-dieħla.
Il-Ministru Brincat jinsab akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi dwar it-Tibdil tal-Klima Dr Simone Borg.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041