ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA LILL-KNPD
Il-Ministru għal-Familja u is-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaru uffiċjalment l-uffiċini tal-Kummisjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità.
Il-Ministru Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari ġew milqugħa miċ-Ċermen preżenti tal-KNPD, Oliver Scicluna flimkien miċ-Ċermen preċedenti Joe Camilleri. Flimkien ippreżentaw lill-Ministru u lis-Segretarju Parlamentari Rapport ta’ ħidma li saret fl-2013.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari iltaqgħu mal-ħaddiema tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità fejn ħadu is-suġġerimenti tagħhom u tkellmu fuq ix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Is-Sur Joe Camilleri spjega x-xogħol li sar fiż-żmien meta hu kien imexxi din il-kummsjoni waqt li is-Sur Oliver Scicluna tkellem fuq ix-xogħol li qegħdin jaħdmu fuqhu bħalissa bħala kummisjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041