ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MINISTRU INGLIŻ GĦALL-ISPORTS, TURIŻMU U UGWALJANZA HELEN GRANT LILL-MINISTRU GĦAT-TURIZMU EDWARD ZAMMIT LEWIS
Il-Ministru Ingliż, fil-preżenza tal-Kummissarju Għoli Ingliż Rob Luke, esprimiet is-sodisfazzjon għar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi għal dak li għandu x’jaqsam mat-Turiżmu. Il-Kummissarju Għoli Ingliż esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal mod kif l-awtoritajiet Maltin jitrattaw ma’ turisti Ingliżi u residenti permanenti hawn Malta meta jirrikorru għand l-istess awtoritajiet Maltin.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis saħaq kemm hu importanti s-suq Ingliż bħala source market, li ilu s-suq primarju Malti għat-Turiżmu b’mod kostanti għal għexieren ta’ snin.
Il-Ministru semma li dan is-suq huwa important ħafna għat-turiżmu Malti fix-xhur tax-xitwa. Iż-żewġ Ministri ftehmu li ser iżommu kuntatt regolari biex jesploraw niċeċ ġodda fit-turiżmu għall-benefiċċju taż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041