Left arrow Go Back

“POTENZJAL GĦALL-WASTESERV F'GĦAWDEX JEKK KULĦADD JAGĦTI SEHMU” - IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT U L-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX ANTON REFALO

pr141241
Date Icon 02/06/2014

Fi tmiem jum sħiħ ta' ħidma  f'Għawdex li fiha l-Ministru Leo Brincat, li kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, kellu bosta żjarat u  taħdidiet, fejn fosthom żar l-impjanti u l-uffiċini tal-WasteServ u kellem lill-media preżenti fl-impjant tal-WasteServ f'Tal-Qortin.

Il-Ministru Brincat qal li l-proġett il-ġdid tal-WasteServ f'Tal-Kus huwa wieħed importanti għal Għawdex għaliex l-iskart ser ikun ippakjat taħt l-art u mibgħut Malta fl-aktar mod ambjentalment xieraq. Il-proġett sejjer jindirizza wkoll materjal riċiklat u dan ser jiġi imballat ġewwa Għawdex. La jitlesta dan il-proġett huwa maħsub li jkun hemm area magħluqa mingħajr trabijiet, riħ jew boroż tal-plastik itiru bħal fil-każ ta' Tal-Qortin. 

Minħabba varjazzjonijiet dovuti għat-tibdil varju fl-ippjanar tal-proġett fis-snin tal-imgħoddi, il-WasteServ qiegħda tistenna l-approvazzjoni tal-allokazzjoni ta' fondi addizzjonali. Huwa mistenni li x-xogħol innifsu fuq il-proġett jibda fil-ġejjieni qrib. 

Il-Ministru Brincat qal li x-xogħol ġewwa Tal-Qortin miexi kif suppost b'ħafna mill-capping u landscaping kważi lest. Anki hawnhekk kien hemm varjazzjonijiet minn dak oriġinarjament maħsub li jintefaq fuq il-proġett. Huwa ppjanat li kemm-il darba l-proġett ta' Tal-Kus jitlesta, dak Tal-Qortin jingħalaq. 

Il-Ministru Brincat saħaq li jekk kulħadd, inklużi l-ħaddiema nfushom, jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom, hemm potenzjal għall-WasteServ ġewwa Għawdex. Iżda l-Gvern mhux ser jittollera rapporti ta’ nuqqas ta’ dixxiplina, skartar u anki sick leave eċċessiv, għalkemm fiduċjuż li dawn diġà qed jiġu indirizzati.

Il-Ministru awgura wkoll li tkompli tikber l-kooperazzjoni bejn il-WasteServ u l-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru għal-Għawdex Anton Refalo tkellem dwar il-potenzjal tal-WasteServ f’Għawdex. Hu qal li l-proġett tal-Kus fix-Xewkija huwa proġett importanti u se jkollu impatt tajjeb fuq il-gżira Għawdxija.  Proġett ibbażat fuq il-prinċipji ta’ gżira ekoloġika. 

Il-Ministru Refalo saħaq għal aktar koperazzjoni bejn il-WasteServ u l-kunsilli lokali u rringrazzja lill-Ministru Brincat. Huwa qal li jħares ‘l quddiem għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri għall-ġid tal-gżira Għawdxija.

F'taħdidiet li kellu mal-Ministru ta' Għawdex, il-Ministru Brincat qal li wieħed għandu jesplora flimkien mal-awtoritajiet kompetenti li d-Dwejra u l-Azure Window jiġu żviluppati f'Geopark filwaqt li b'għajnuna anki barranija jsir monitoraġġ tal-qagħda tal-Azure Window innifisha.

Iż-żewġ Ministri tkellmu wkoll dwar il-ħtieġa li l-ħarsien tal-ambjent għandu jintuża biex jiġbed aktar nies lejn Għawdex, filwaqt li għanda ssir kampanja edukattiva mmirata għal-Għawdex dwar kif jista jissaħħaħ l-immaniġġjar tal- iskart. 

Il-Ministru Brincat aċċetta t-talba tal-Ministru għal Għawdex sabiex il-Ministeru tiegħu jagħti għajnuna teknika fl-implimentazzjoni min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex fi proġetti u inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli.

Il-Ministru Brincat żar kemm l-Azure Window innifisha kif ukoll l-uffiċini tal-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn iltaqa’ mal-ħaddiema, b'mod partikulari, dawk tad-Direttorat ambjentali, fejn qalilhom li dawk l-aspetti ambjentali Għawdxin, speċjalment dawk li huma differenti minn ta' Malta, għandhom jiġu protetti u kkurati għall-ġid tal-Għawdxin stess. 


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow