Left arrow Mur Lura

MIŻURA OĦRA BIEX IL-PROĊEDURI FIL-QRATI JITĦAFFU : IR-RIFERTI TAN-NOTIFIKA SER JIBDEW JINTBGĦATU PERMEZZ TA’ EMAIL

pr141240
Date Icon 02/06/2014

Kif imwiegħed, mil-llum it-Tnejn 2 ta’ Ġunju daħlet fis-seħħ miżura li permezz tagħha r-riferti tan-notifiki fi proċeduri ċivili fil-qrati ser jibdew jintbgħatu b’email u minn għada t-Tlieta 3 ta’ Ġunju ser tkun bdiet topera.

Din il-miżura ser twassal għall-inqas dewmien fil-Qrati.

Meta att ġudizzjarju joħrog għan-notifika, kemm jekk ikun bil-posta jew imur il-marixxall, meta ssir in-notifika u anke jekk ma ssirx,  l-uffiċjal eżekuttiv ikun irid jagħmel riferta fejn jgħid jekk in-notifika kienitx waħda positittiva jew negattiva.  Din imbagħad tidħol fis-sistema tal-Qorti.

Sal-lum il-verifiki jsiru manwalment billi l-parti jew r-rapreżentant tagħha jkollu jmur ir-reġistru u jiċċekja manwalment x’sar minn notifika.

Permezz ta din l-inizjattiva issa ser tibda tintbgħat email b’mod awtomatiku lill- avukat u/jew lil Prokuratur Legali fejn jiġi nfurmat jekk l-att ġudizzjarju li ħareg għan-notifika kienx ġie notifikat jew le, tindikalu saritx bil-posta jew bl-idejn, filwaqt li tindikalu wkoll l-att x’kien, dan sabiex jekk ikun hemm aktar minn att ġudizzjarju wieħed ikun jaf liema att ġudizzjarju ġie notifikat.

Dan ifisser li din l-inizjattiva ser tkun qed tgħin sabiex avukat/Prokuratur Legali jkun jaf minnufih jekk l-att ġudizzjarju jkunx ġie notifikat jew le, u f’każ li ma jkunx, ikun jista’ jieħu passi mill-ewwel biex jekk irid jerġa joħroġ l-att għan-notifika, u jekk iridx joħorġu bl-idejn jew permezz ta’ affissjoni. 

F’każ li att ġudizzjarju jkun irid jiġi notifikat lill-iżjed minn persuna waħda, l-email ser tindika ukoll min ikun ġie notifikat u min ma jkunx.

Għalhekk huwa mistenni li din l-inizjattiva tgħin bil-bosta lill-avukat u prokuratur legali għaliex ma jkollux għalfejn imur ir-registru biex jiċċekja xi jkun l-andament. 

Dan ser jgħin ukoll lill-ufficjali tal-Qorti billi ser inaqqas ħafna xogħol ta’ tfittix fl-atti biex avukat/Prokuratur Legali jkun jaf min ġie notifikat u min ma ġiex.

Din il-miżura issegwi għadd ta’ miżuri oħra li ddaħlu fl-aħħar xhur fil-kamp ċivili fosthom l-SMS fid-differimenti, u xhieda u digrieti li jintbgħatu b’email.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow