MIŻURA OĦRA BIEX IL-PROĊEDURI FIL-QRATI JITĦAFFU : IR-RIFERTI TAN-NOTIFIKA SER JIBDEW JINTBGĦATU PERMEZZ TA’ EMAIL
Kif imwiegħed, mil-llum it-Tnejn 2 ta’ Ġunju daħlet fis-seħħ miżura li permezz tagħha r-riferti tan-notifiki fi proċeduri ċivili fil-qrati ser jibdew jintbgħatu b’email u minn għada t-Tlieta 3 ta’ Ġunju ser tkun bdiet topera.
Din il-miżura ser twassal għall-inqas dewmien fil-Qrati.
Meta att ġudizzjarju joħrog għan-notifika, kemm jekk ikun bil-posta jew imur il-marixxall, meta ssir in-notifika u anke jekk ma ssirx, l-uffiċjal eżekuttiv ikun irid jagħmel riferta fejn jgħid jekk in-notifika kienitx waħda positittiva jew negattiva. Din imbagħad tidħol fis-sistema tal-Qorti.
Sal-lum il-verifiki jsiru manwalment billi l-parti jew r-rapreżentant tagħha jkollu jmur ir-reġistru u jiċċekja manwalment x’sar minn notifika.
Permezz ta din l-inizjattiva issa ser tibda tintbgħat email b’mod awtomatiku lill- avukat u/jew lil Prokuratur Legali fejn jiġi nfurmat jekk l-att ġudizzjarju li ħareg għan-notifika kienx ġie notifikat jew le, tindikalu saritx bil-posta jew bl-idejn, filwaqt li tindikalu wkoll l-att x’kien, dan sabiex jekk ikun hemm aktar minn att ġudizzjarju wieħed ikun jaf liema att ġudizzjarju ġie notifikat.
Dan ifisser li din l-inizjattiva ser tkun qed tgħin sabiex avukat/Prokuratur Legali jkun jaf minnufih jekk l-att ġudizzjarju jkunx ġie notifikat jew le, u f’każ li ma jkunx, ikun jista’ jieħu passi mill-ewwel biex jekk irid jerġa joħroġ l-att għan-notifika, u jekk iridx joħorġu bl-idejn jew permezz ta’ affissjoni.
F’każ li att ġudizzjarju jkun irid jiġi notifikat lill-iżjed minn persuna waħda, l-email ser tindika ukoll min ikun ġie notifikat u min ma jkunx.
Għalhekk huwa mistenni li din l-inizjattiva tgħin bil-bosta lill-avukat u prokuratur legali għaliex ma jkollux għalfejn imur ir-registru biex jiċċekja xi jkun l-andament.
Dan ser jgħin ukoll lill-ufficjali tal-Qorti billi ser inaqqas ħafna xogħol ta’ tfittix fl-atti biex avukat/Prokuratur Legali jkun jaf min ġie notifikat u min ma ġiex.
Din il-miżura issegwi għadd ta’ miżuri oħra li ddaħlu fl-aħħar xhur fil-kamp ċivili fosthom l-SMS fid-differimenti, u xhieda u digrieti li jintbgħatu b’email.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041