Left arrow Go Back

10% TAL-FONDI STRUTTURALI 2014-2020 SER IKUNU INVESTITI B’RISQ IL-GŻIRA GĦAWDXIJA.

pr141238
Date Icon 02/06/2014

Fit-tieni laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-programmi operattivi li ser ikunu qed ikopru l-perjodu finanzjarju Ewropew 2014-2020 ġewwa Għawdex, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg, qal li din l-amministrazzjoni sejra tassigura li 10% tal-Fondi Strutturali 2014-2020 ikunu investiti b’risq il-Gzira Għawdxija.

Dr Borg stqarr li dawn l-10% tal-Fondi Strutturali għal Għawdex ser ikunu investiti b’mod orizzontali fuq kull prijorita` identifikata għas-seba’ snin li ġejjin. Dan ifisser li għall-futur Għawdex ser jibbenefika:

·         Minn aktar skemi favur min iħaddem.

·         Minn għajnuna għal min ser jinvesti fis-settur tal-agro-turiżmu.

·         Minn titjib fl-infrastruttura  tat-toroq u l-portijiet f’Għawdex.

·         Minn aktar investiment kapitali kif ukoll uman fil-qasam  tal-edukazzjoni u s-saħħa.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni għar-rigward il-programmi operattivi ġie mniedi permezz ta’ laqgħa bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-bidu ta’ dan ix-xahar  fejn ġie diskuss u maqbul il-qafas li bih ser jiġu mwettqa dawn il-programmi operattivi.  Dan il-qafas mbagħad ġie wkoll ippreżentat lill-imsieħba soċjali waqt laqgħa tal-MCESD, fejn intwera qbil dwar il-prijoritajiet elenkati.

Fl-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika quddiem attendenza sabiħa ta’ rappreżentanti ta’ NGO’s, entitajiet governattivi u persuni interessati tħabbar b’mod uffiċjali kif ser jiġu mqassma is-€717-il miljun tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020. Fil-fatt f’din il-laqgħa ġew mqassma wkoll id-dokumenti mfassla lill-pubbliku inġenerali. Il-persuni interessati li jiksbu kopja ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu użu mis-sit www.eufunds.gov.mt

Dr Borg fl-intervent tiegħu ħeġġeġ lill-pubbliku jikkontribwixxi f’din il-konsultazzjoni pubblika sabiex niżguraw li bil-kontribuzzjoni ta’ kulħadd, fis-seba’ snin li ġejjin ikollna skemi u sejħiet li jirriflettu eżattament l-aspirazzjonijiet tal-pubbliku inġenerali.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li l-pubbliku inġenerali għandu ċans jibgħat il-kontribuzzjonijiet tiegħu sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Ġunju 2014 billi jibgħat e-mail fuq info.eufunds@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow