L-ISPEAKER JILQA’ LILL-KUMMISSARJU GĦOLI NDJAN FI ŻJARA TA’ L-AĦĦAR
pr141237mt
02/06/2014
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, kmieni wara nofs-in-nhar laqa’ lill-Kummissarju Għoli Indjan, l-E.T. Mr Anil Kumar Trigunayat, residenti fil-Libja, li qiegħed Malta fuq żjara ta’ l-aħħar.
Iż-żewġ naħat irreferew għar-relazzjonijiet eċċellenti li dejjem eżistew bejn Malta u r-Repubblika ta’ l-Indja u tkellmu dwar diversi suġġetti li huma ta’ nteress ghaż-żawg naħat, fosthom il-ko-operazzjoni f’livell Parlamentari, il-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f’Malta fil-2015 u s-sitwazzjoni internazzjonali partikularment li teżisti fil-Libja.
Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Indja kien akkumpanjat mis-Sur Johann J. Cuschieri, Kunslu Onorarju tal-Indja f’Malta.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041