TNEDIJA TAL-KOMPETIZZJONI /ru:t/
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonniċi flimkien ma’ rappreżentanti tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, indirizza konferenza stampa fejn nieda kompetizzjoni bl-isem ta’ /ru:t/.
Din il-konferenza ġiet imtellgħa fil-Mużew Marittimu fil-Birgu fejn ser ikunu esebiti x-xogħlijiet li jintgħażlu.
L-esebizzjoni ser issir sabiex ikun imfakkar l-10 anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din il-kompetizzjoni li eventwalment ser twassal għall-wirja propju f’dan l-istess post hija bbażata fuq waħda mill-4 temi tal-Valletta 2018 /ru:t/.
/ru:t/ tista tiġi interpretata b’żewġ modi; rotot inkella għeruq u hawn fejn verament jistgħu jimirħu l-artisti li ser jipparteċipaw bil-għan li tkun imfakkra r-rotta li għażlu l-għeruq tagħna, filwaqt li l-arti tesprimi l-għeruq tal-pajjiż.
Dr Bonnici stqarr li bħala politiku inkarigat minn dan is-settur huwa jemmen li l-kultura mhix tal-gvern jew ta’ xi entità, iżda tal-poplu kollu.
“Jiena nemmen li huwa importanti li fil-kultura l-politiċi jkunu fid-dell ħalli jagħtu rwol prinċipali lill-artisti” stqarr il-Ministru Owen Bonnici.
Intant l-artisti jistgħu jissottomettu l-proposti u xogħlijiet tagħhom sal-21 ta’ Lulju, filwaqt li f’nofs Awwissu jkunu imħabbra l-artisti magħżula. Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni ser jingħata premju ta’ €3,000.
Il-Ministru Owen Bonnici għalaq billi ħeġġeġ lill-artisti sabiex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ser titrasforma ruħha f’esebizzjoni f’Ottubru li ġej sabiex jitfakkar wieħed mill-avvenimenti importanti li qed jiċċelebra pajjiżna tul din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041