FTUĦ TAL-ESEBIZZJONI KULURI FL-IKEL U GĦOTI TA’ ĊERTIFIKATI FIL-PALAZZ TA’ SAN ANTON MILL-PRESIDENT TA’ MALTA BIT-TEMA: KULURI FL-IKEL (FOOD ART EXHIBITION) B’RIŻULTAT TAL-PREMJU TAL-PRESIDENT GĦALL-KREATTIVITÀ 2013
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, fetħet esebizzjoni fil-Palazz ta’ San Anton bit-tema: Kuluri fl-Ikel (Food Art Exhibition) li hija riżultat tal-Premju tal-President għall-Kreattività li ntrebah għas-sena 2013 miċ-Ċentru Aċċess tal-Birgu.
Fid-diskors tagħha, il-President ta’ Malta, qalet li l-proġett Kuluri fl-Ikel huwa tiżwieqa ta’ kreattività, realtà u l-bżonn tal-poplu tagħna.
Il-kwistjoni tal-problema tal-obeżità li sfortunatament il-poplu Malti għandu hija realtà li qed ixxekkel mhux biss il-kwalita’ tal-ħajja ta’ terz tat-tfal Maltin u Għawdxin, iżda hija stress fuq is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna u dan għaliex l-obeżità iġġib magħha pre-dispozzjoni u riskji aktar fis-saħħa tal-persuna obeżi.
Il-President Coleiro Preca qalet li kien għaqli għaċ-Ċentru Aċċess fil-Birgu li jqis dan kollu fid-dawl li din il-problema qed taħkem l-aktar fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Għalhekk u bir-raġun li dan il-premju għas-sena 2013 intrebaħ minn dan il-proġett li ġabar flimkien, in-nutrizzjoni, it-togħma u l-mezzi finanzjarji.
Il-President ta’ Malta enfasizzat li l-kwistjoni ta’ l-obeżità trid tittieħed ukoll fil-kuntest ta’ l-effett li l-kawza tal-faqar iġġib fuq il-familji.
Għalhekk hija inkoraġixxiet liċ-Ċentru Aċċess biex dan il-proġett ma jqisux bħala mitmum, iżda issa għandu jinstab mod ta’ kif jitkompla u jinfirex aktar, ħalli l-kwistjoni ta’ l-obeżità titħalla fuq quddiem nett tal-aġenda anke fuq livelli tal-komunitajiet.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041