Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA JIPPREŻENTAW PREMIJIET WAQT SPORTS DAY ANNWALI ORGANIZZATA MILL-PHRF

pr141231
Date Icon 31/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iz-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ippreżentaw premijiet waqt l-Isports Day Annwali organizzata mill-Physically Handicapped Rehabilitation Centre.

Iż-żewġ Segretarji Parlamentari ġew mdawra maċ-ċentru ta’ Rijabilitazzjoni f'Kordin u żaru esebizzjoni ta' xogħlijiet li jsiru matul il-Jum f'dan iċ-ċentru. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari ġew ukoll regalati oġġetti maħduma mill-persuni li jattendu l-istess ċentru.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius tkellem dwar il-Kumitat Organizzattiv li se jitwaqqaf bejn iż-żewġ Segretarjati.  Spjega li dan il-kumitat se jkun qiegħed jorganizza attivitajiet sportivi fuq bażi regolari biex tingħata spinta lill-isport għall-Persuni b’Diżabilità  f'pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana nkorraġġiet lill-membri f’dan iċ-ċentru biex ikomplu jieħdu sehem f’attivitajiet tal-isport kif ukoll  biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti differenti tagħhom. Żiedet tgħid li s-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi jirrikonoxxi dawn l-abbiltajiet varji u qiegħda taħdem sabiex dawn l-abbiltajiet jiġu iżjed murija pubblikament. Faħħret ukoll ix-xogħol ta' dan iċ-ċentru li kien l-ewwel ċentru għall-persuni b'diżabilità mwaqqaf f'pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow