IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA TILTAQA' MAL-FONDAZZJONI ARKA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanita’ Attiva Dr. Justyne Caruana illum żaret u ipparteċipat f’diskussjonijiet fil-Fondazzjoni Arka f’Għajnsielem Għawdex
Dr. Justyne Caruana faħħret lill-Fondazzjoni talli kienet waħda mill-parteċipanti fil-konsultazzjoni pubblika dwar l-istandards tar-residenzi għall-Persuni b’Diżabilità. Uffiċjali tal-Fondazzjoni wrew l-interess biex jaħdmu mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fuq dawn l-istandards biex jidħlu fis-seħħ fiż-żmien li ġej.
F’dawn id-diskussjonijiet, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana iddiskutiet ukoll l-isfidi li hemm f’Għawdex fil-qasam tad-Diżabilità, minħabba l-fatt ta’ nuqqas ta’ servizzi u faċilitajiet. Dr. Justyne Caruana ħabbret li s-Segretarjat Parlamentari u l-Fondazzjoni lesti biex jaħdmu flimkien sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-Persuni b’Diżabilità f’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041