IL-BONSAI: TAĦLITA TA’ ARTI, TRADIZZJONI, DELIZZJU U KULTURA
Dalgħodu, waqt il-ftuħ tal-wirja annwali tal-Bonsai f’Malta, l-Ministru ghall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat qal li l-Bonsai mhuwiex sempliċi delizzju iżda arti b’sens qawwi storiku. Meta wieħed jiftakar li l-Bonsai imur lura sas-sena 700 A.D., wieħed mill-ewwel jintebaħ kemm din hija arti bi storja għanja.
Il-Ministru Brincat tenna li għalkemm il-kelma Bonsai taf l-oriġini tagħha lill-Ġappun, huwa fatt illum stabilit li t-teknika bdiet tiġi mħaddma għall-ewwel darba fiċ-Ċina. Daħlet fil-Ġappun fi żmien meta l-Ġappun kien jaddotta ħafna mix-xejriet kulturali Ċiniżi.
Huwa kompla jghid illi ma jistax ma jitkellimx ukoll dwar l-influenza Buddista taż-Zen f’din l-arti. L-idea ta’ Tray Planting u Tray Landscape hija fiha nnifisha xi haġa innovattiva ħafna minkejja l-mogħdija taż-żmien. Fis-sustanza qed jirreferi għal siġar u landscapes f’minjatura.
Il-Ministru Brincat qal li llum jeżistu bosta kotba f’għadd ta’ ilsna Ewropej dwar kif wieħed għandu jħares u jikkultiva pjanti simili.
Il-Ministru Brincat temm jgħid illi jawgura li din it-taħlita ta’ arti, tradizzjoni, delizzju u kultura tkompli tissaħħaħ u tinfirex fil-gżejjer Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041