Left arrow Go Back

IL-BONSAI: TAĦLITA TA’ ARTI, TRADIZZJONI, DELIZZJU U KULTURA

pr141225
Date Icon 31/05/2014

Dalgħodu, waqt il-ftuħ tal-wirja annwali  tal-Bonsai f’Malta, l-Ministru ghall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat qal li l-Bonsai mhuwiex sempliċi delizzju iżda arti b’sens qawwi storiku. Meta wieħed jiftakar li l-Bonsai imur lura sas-sena 700 A.D., wieħed mill-ewwel jintebaħ kemm din hija arti bi storja għanja.

Il-Ministru Brincat tenna li għalkemm il-kelma Bonsai taf l-oriġini tagħha lill-Ġappun, huwa fatt illum stabilit li t-teknika bdiet tiġi mħaddma għall-ewwel darba fiċ-Ċina. Daħlet fil-Ġappun fi żmien meta l-Ġappun  kien jaddotta ħafna mix-xejriet kulturali Ċiniżi.

Huwa kompla jghid illi ma jistax ma jitkellimx ukoll dwar l-influenza Buddista taż-Zen f’din l-arti. L-idea ta’ Tray Planting u Tray Landscape hija fiha nnifisha xi haġa innovattiva ħafna minkejja l-mogħdija taż-żmien. Fis-sustanza qed jirreferi għal siġar u landscapes f’minjatura.

Il-Ministru Brincat qal li llum jeżistu bosta kotba f’għadd ta’ ilsna Ewropej dwar kif wieħed għandu jħares u jikkultiva pjanti simili.

Il-Ministru Brincat temm jgħid illi jawgura li din it-taħlita ta’ arti, tradizzjoni, delizzju u kultura tkompli tissaħħaħ u tinfirex fil-gżejjer Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow