IL-MINISTRU TAT-TURIŻMU JILTAQA’ MAL-GOZO TOURISM ASSOCIATION WAQT ŻJARA F’GĦAWDEX
Il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis waqt żjara f’Għawdex iltaqa’ mal-bord tal-Gozo Tourism Association. Għal din il-laqgħa kien preżenti l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turizmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci, rispettivament.
Il-GTA għamlu preżentazzjoni dwar kif inhu sejjer is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija. Ġie żvelat li kien hemm riżultati nkorraġanti għas-settur. Il-Ministru għat-Turiżmu wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-isforz li qegħdin jagħmlu l-istakeholders fil-qasam turistiku.
Uħud mil-punti li ġew diskussi kienu l-politika tal-Gvern vis-a-vis ir-riżorsi umani, inizjattivi ta’ attività li jiġbdu iktar interess lejn Għawdex u proġetti infrastrutturali li jtejjbu l-kwalità tal-prodott tagħna.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tenna li ser jaħdem b’konsistenza biex jara lid-destinazzjoni t’Għawdex tkompli tissaħħaħ f’livelli għoljin.
Kien hemm qbil biex il-Ministru tat-Turiżmu, l-MTA u l-GTA jiltaqgħu regolarment.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041