Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX WAQT IT-TNEDIJA TAS-SEBA' EDIZZJONI TAL-LEONE GOES POP

pr141222
Date Icon 30/05/2014

Nixtieq nibda biex nifraħ lil kumitat u lis-soċjetà Leone li stednuni illum biex illum flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, qed inniedu s-seba’ sena konsekuttiva l-kunċert Leone Goes Pop.

Ikolli nistqarr magħkom kemm kienu ta’ suċċess l-edizzjonijiet li għaddew. Dak li kien beda espirement sitt snin ilu, meta l-Banda Leone marret lil hinn mill-marċi tradizzjonali u għażlet kunċert b’muzika aktar moderna u kontemporanja.

Ilkoll nafu kemm is-soċjetà Aurora tikontribwixxi fil-kalendarju mużikali u kulturali ta’ Għawdex. Leone Goes Pop sar kunċert sinonimu ma’ Għawdex fil-bidu tas-sajf. Leone Goes Pop hija xhieda oħra ta’ kemm is-soċjetà Aurora qiegħda tkun innovattiva fl-isforz li din is-soċjetà tappella anki għall-udjenzi varji.

Kontribuzzjoni allura anki fil-qasam kulturali intern kif ukoll dak internazzjonali. Nemmen li l-potenzjal ta’ din is-soċjetà għadu jrid jilħaq livelli iktar għoljin. Qegħdin inħarsu lejn żmien fejn it-teatru Aurora qiegħed anki jospita avvenimenti ferm mistennija mill-poplu.

Din l-event taħt id-direttur Colin Attard hija boost għat-turizmu kulturali ta’ Għawdex. Hija opportunità ukoll għat-talent lokali li jkollhom l-opportunità li jdoqqu quddiem l-udjenzi.

Min-naħa tagħna l-Ministeru għal-Għawdex flimkien mad-dipartiment tal-kultura qegħdin kontinwament impenjati biex inkunu anki aħna li nagħtu kull sostenn possibli biex soċjetajiet bħal Aurora jibqgħu fuq quddiem jikontribwixxu fil-qasam muziko-kulturali ta’ Għawdex.

Il-Gvern ċentrali u l-entitajiet tiegħu għandhom dejjem jkunu komessi sabiex jgħinu u jipromwovu l-għaqdiet mużikali. Kollaborazjonijiet bħal dawn flimkien mall-kunsill lokali rispettivi huma tassew rakkomandabli.

Nifirħilkhom mill-ġdid u nawgura kull suċċess għal żmien li ġej fejn is-soċjetà Aurora tkun qiegħda impenjata fl-istagun tal-festi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow