IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. IAN BORG JILTAQA’ MA’ MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ DANIŻI.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE 2017 Dr. Ian Borg, illum waranofsinhar kellu laqgħa ma’ Membri Parlamentari Ewropej Daniżi li jinsabu Malta.
Dawn Kienu Ole Christensen MEP fil-Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi kif ukoll ma’ Bendt Bendtsen mill-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej li reġgħu ġew eletti fl-elezzjonijiet li għadhom kemm saru. Preżenti kien hemm ukoll Anne E Jensen li kienet tifforma parti mill-Grupp tal-Allejanza tal-Liberali u d-Demokratiċi illi iżda ma kkontestatx l-aħħar elezzjonijiet.
Matul din il-laqgħa ġew diskussi r-riżultati tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew b’mod partikolari dawk ta’ Malta kif ukoll fid-Danimarka. Is-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg tkellem ukoll dwar it-tħejjijiet ta’ Malta ghall-Presidenza tal-Kunsill tal-UE fl-2017 u kif bi ħsiebu jaħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew kemm qabel kif ukoll matul il-Presidenza Maltija. Kemm Dr. Borg kif ukoll il-Membri Parlamentari Ewropej Daniżi qablu li jkomplu jżommu kuntatt mill-qrib in vista tal-Presidenza Maltija fl-2017.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041