Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CHRIS AGIUS JILTAQGĦU MA’ DIVERSI ESPONENTI TAL-OQSMA TA’ SPORT U DI

pr141217
Date Icon 30/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius u is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum kienu mistednin għal-laqgħa ma’ diversi esponenti tal-oqsma ta’ sport u diżabilità. Din il-laqgħa saret illum fl-uffiċini tal-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilità, fejn kien preżenti ukoll fost l-oħrajn iċ-Ċermen tal-Kummissjoni, Oliver Scicluna u d-direttur ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u rappreżentanti oħra ta’ diversi għaqdiet fosthom Breaking Limits u Inspire.

F’din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li wara is-suċċess tal-Attivita hekk intitolata “This Ability” li saret dan ix-xahar hemm bżonn li jsir iżjed xogħol u jiġu organizzati iżjed attivitajiet biex jikber l-isport fost il-Persuni b’Diżabilità. Tkellmet fuq l-ideja li jkun hemm proġett ieħor simili tal- A+ li sar mal-kunsilli ta’ Malta biex tittejjeb l-Aċċessibilità ġewwa il-kumplessi sportivi li għandna f’pajjiżna.   Appropożitu ta’ dan tkellem wkoll is-Segretarju Parlamentari Agius li qal li l-Gvern jemmen ħafna bi proġetti li jinħadmu bejn is-segretarjati jew il-ministeri diversi biex ir-riżorsi kemm jista’ jkun ma’ jkunux sparpaljati.  Huwa sostna li għad fadal xi jsir biex il-faċilitajiet sportivi jkunu aċċessibli għal kulħadd.

Justyne Caruana appellat lil dawk prezenti biex jaħdmu flimkien għal-għan wieħed, u għalhekk ser ikun qiegħed jinħatar Kumitat Organizzattiv biex jorganizza attivitajiet ta’ din ix-xorta.   Hija sostniet li apparti li jsiru l-attivitajiet, trid issir il-promozzjoni neċessarja biex inħeġġu il-persuni b’diżabilità jidħlu fil-qasam tal-isport u jkunu infurmati iżjed.  Għalqet l-intervent tagħha billi irringrazzjat lill-entitajiet preżenti tax-xogħol siewi li qed jagħmlu f'dan il-qasam, li ħafna minnhom joperaw fuq bazi volontarja.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li s-segretarjat qed jaħdem qatiegħ biex l-isport jkun miftuħ għall-persuni b’abbiltajiet differenti.  Huwa kompla jgħid li ser jibdew id-diskussjonijiet għall-Sport Policy ġdida u saħaq li l-persuni b’diżabilita’ mhux biss ser ikunu ikkonsultati imma ser ikunu partecipi biex l-isport Malti jieħu dimensjoni ġdida. Għalaq billi ħabbar li hemm inizzjattivi oħra relatati ma’ sport ippjanati li minnhom ser igawdu l-persuni b’diżabilita’.

Preżenti għall-din il-laqgħa kien hemm il-Fondazzjoni Inspire, Special Olympics, L- ADHD Foundation, Breaking Limits u Kunsill Malti Għall-Isport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow