IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CHRIS AGIUS JILTAQGĦU MA’ DIVERSI ESPONENTI TAL-OQSMA TA’ SPORT U DI
Is-Segretarju Parlamentari għar-riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius u is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum kienu mistednin għal-laqgħa ma’ diversi esponenti tal-oqsma ta’ sport u diżabilità. Din il-laqgħa saret illum fl-uffiċini tal-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilità, fejn kien preżenti ukoll fost l-oħrajn iċ-Ċermen tal-Kummissjoni, Oliver Scicluna u d-direttur ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u rappreżentanti oħra ta’ diversi għaqdiet fosthom Breaking Limits u Inspire.
F’din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li wara is-suċċess tal-Attivita hekk intitolata “This Ability” li saret dan ix-xahar hemm bżonn li jsir iżjed xogħol u jiġu organizzati iżjed attivitajiet biex jikber l-isport fost il-Persuni b’Diżabilità. Tkellmet fuq l-ideja li jkun hemm proġett ieħor simili tal- A+ li sar mal-kunsilli ta’ Malta biex tittejjeb l-Aċċessibilità ġewwa il-kumplessi sportivi li għandna f’pajjiżna. Appropożitu ta’ dan tkellem wkoll is-Segretarju Parlamentari Agius li qal li l-Gvern jemmen ħafna bi proġetti li jinħadmu bejn is-segretarjati jew il-ministeri diversi biex ir-riżorsi kemm jista’ jkun ma’ jkunux sparpaljati. Huwa sostna li għad fadal xi jsir biex il-faċilitajiet sportivi jkunu aċċessibli għal kulħadd.
Justyne Caruana appellat lil dawk prezenti biex jaħdmu flimkien għal-għan wieħed, u għalhekk ser ikun qiegħed jinħatar Kumitat Organizzattiv biex jorganizza attivitajiet ta’ din ix-xorta. Hija sostniet li apparti li jsiru l-attivitajiet, trid issir il-promozzjoni neċessarja biex inħeġġu il-persuni b’diżabilità jidħlu fil-qasam tal-isport u jkunu infurmati iżjed. Għalqet l-intervent tagħha billi irringrazzjat lill-entitajiet preżenti tax-xogħol siewi li qed jagħmlu f'dan il-qasam, li ħafna minnhom joperaw fuq bazi volontarja.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li s-segretarjat qed jaħdem qatiegħ biex l-isport jkun miftuħ għall-persuni b’abbiltajiet differenti. Huwa kompla jgħid li ser jibdew id-diskussjonijiet għall-Sport Policy ġdida u saħaq li l-persuni b’diżabilita’ mhux biss ser ikunu ikkonsultati imma ser ikunu partecipi biex l-isport Malti jieħu dimensjoni ġdida. Għalaq billi ħabbar li hemm inizzjattivi oħra relatati ma’ sport ippjanati li minnhom ser igawdu l-persuni b’diżabilita’.
Preżenti għall-din il-laqgħa kien hemm il-Fondazzjoni Inspire, Special Olympics, L- ADHD Foundation, Breaking Limits u Kunsill Malti Għall-Isport.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041