Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, FIT-TNEDIJA TA' ROCKASTRA, LI SER TITELLA' MIS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

pr141214
Date Icon 30/05/2014

Inizjattivi ta' kwalità mmirati biex ikomplu jattiraw aktar turiżmu lejn Għawdex.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Dr Edward Zammit-Lewis, iddeskriva din l-inizjattiva tal-Banda La Stella bħala waħda ta’ kwalita, organizzata minn socjeta' mużikali li topera fuq bażi volontarja.  Huwa kompla li RockAstra mhux biss ser ikun qed jesebixxi t-talent mużikali li għandna f’pajjiżna imma turi wkoll kemm entitajiet li joperaw fuq bażi volontarja jistgħu jkunu parteċipi ma’ l-Istat u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jagħtu kontribut biex pajjiżna jkun jista’ jesebixxi aħjar il-prodott kulturali tiegħu. Il-kunċert RockAstra ser jkun okkażjoni oħra li tiġġenera turiżmu intern bejn Malta u Għawdex. 

Il-Ministru Zammit-Lewis irrimarka li l-organiżżazzjoni ta’ Festival Mediterranea u l-opra lirika li tinżamm kull sena fit-Teatru Astra u RockAstra jikkonfermaw l-impenn u d-dedikazzjoni tas-Soċjetà La Stella fil-promozzjoni tal-kultura u l-mużika f’pajjiżna, li minbarra li jagħmlu unur lilha bħala organiżżatriċi, huma f’sintonija mal-politika tal-Gvern.

Għal din l-attivita' kien preżenti l-Ministru għal Ghawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap eżekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turizmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci, rispettivament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow