DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, FIT-TNEDIJA TA' ROCKASTRA, LI SER TITELLA' MIS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA
Inizjattivi ta' kwalità mmirati biex ikomplu jattiraw aktar turiżmu lejn Għawdex.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Dr Edward Zammit-Lewis, iddeskriva din l-inizjattiva tal-Banda La Stella bħala waħda ta’ kwalita, organizzata minn socjeta' mużikali li topera fuq bażi volontarja. Huwa kompla li RockAstra mhux biss ser ikun qed jesebixxi t-talent mużikali li għandna f’pajjiżna imma turi wkoll kemm entitajiet li joperaw fuq bażi volontarja jistgħu jkunu parteċipi ma’ l-Istat u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jagħtu kontribut biex pajjiżna jkun jista’ jesebixxi aħjar il-prodott kulturali tiegħu. Il-kunċert RockAstra ser jkun okkażjoni oħra li tiġġenera turiżmu intern bejn Malta u Għawdex.
Il-Ministru Zammit-Lewis irrimarka li l-organiżżazzjoni ta’ Festival Mediterranea u l-opra lirika li tinżamm kull sena fit-Teatru Astra u RockAstra jikkonfermaw l-impenn u d-dedikazzjoni tas-Soċjetà La Stella fil-promozzjoni tal-kultura u l-mużika f’pajjiżna, li minbarra li jagħmlu unur lilha bħala organiżżatriċi, huma f’sintonija mal-politika tal-Gvern.
Għal din l-attivita' kien preżenti l-Ministru għal Ghawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap eżekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turizmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci, rispettivament.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041