Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS WAQT IT-TNEDIJA TAS-SEBA' EDIZZJONI TAL-LEONE GOES POP

pr141213
Date Icon 30/05/2014

Huwa bi pjaċir li lqajt l-istedina tas-Socjeta Filarmonika Leone għat-tnedija tal-Kunċert Leone Goes Pop li ser jittella għas-seba’ darba din is-sena, u li matulu n-nies sa jgawdu serata ta' mużika pop, rock u swing.

Il-Banda Leone kompliet tibni dan is-suċċess sena wara oħra. Tant hu hekk li l-Leone Goes Pop sar kunċert sinonimu ma’ Ghawdex fil-bidu tas-Sajf. Dan il-kunċert isir f'kollaborazzjoni mall-kunsill tal-Belt Vittorja, propju fil-jiem fejn jiġi mfakkar it-twaqqif tal-istess belt.

Wieħed żgur li irid irodd ħajr u japprezza l-isforzi tas-soċjeta mużikali  Filarmonika Leone li matul is-sena jirregalaw lill-publiku Malti u Għawdxi, kif ukoll lit-turisti li jiġu jżuru l-gżejjer tagħna,  kunċerti u attivitajiet bħal dawn. Fi ħdan dawn is-soċjetajiet hemm mhux biss minjiera ta' talent mużikali iżda ukoll numru kbir ta’ nies dedikati u li b'mod volontarju jaħdmu sabiex jitwettqu dawn l-attivitajiet. L-aspett ta’ volontarjat hu kruċjali f' sezzjonijiet u għaqdiet bħal dawn sabiex jiġi garantit il-ħajja tal-kultura mużikali f'pajjiżna, kultura li għaliha Malta hi magħrufa anke ‘l barra minn xtutna. Hu ferm pożittiv kif dawn l-għaqdiet jesperimentaw modi ġodda u kontemporanji fil-mużika, filwaqt li jinżamm l-element tradizzjonali.

Il-Gvern u l-entitajiet tiegħu għandhom dejjem jkunu kommessi sabiex jgħinu u jipromwovu l-għaqdiet muzikali. Kollaborazjonijiet bħal dawn, anke mall-kunsill lokali rispettivi huma tassew rakkomandabli.

Nawguralkom iktar suċċess għal kunċert tas-seba ta Ġunju u għall-ħidma tagħkom.

Għal din l-attivita' kien prezenti l-Ministru għal Ghawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap ezekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci, rispettivament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow