“INĦARSU LEJN SERVIZZ TA’ EĊĊELLENZA FIL-QASAM MARITTIMU” - JOSE’ HERRERA
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kompettività u t-Tkabbir Ekonomiku Jose’ Herrera żar l-estensjoni l-ġdida tal-Malta Freeport Terminals (MFT), li huwa l-operatur privat tal-Malta Freeport. Milqugħ mid-Diretturi tal-MFT Jose’ Herrera qal li l-viżjoni tal-Gvern hija li nħarsu lejn servizz ta’ eċċellenza fil-qasam marittimu; dan billi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq pjan strateġiku li jintegra l-politika marritima. Dan il-pjan jinkorpora l-qagħda strateġika ta’ Malta bħala hub fil-Mediterran. Dan il-pjan jaħseb ukoll fil-qasam tat-trasport marittimu li Malta qed tħares lejh bħala servizz ta’ eċċellenza. F’dan is-sens, il-Gvern qal Jose’ Herrera qal li qed jaħseb biex jara kif jista’ jinkorpora s-servizz tat-trasport bil-baħar ma’ dak bl-ajru.
Servizz ta’ eċċellenza fil-qasam marittimu
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Malta Freeport Terminals qed jagħti kontribut ekonomiku kbir lill-pajjiżna. Fis-Sena 2013 l-MFT ġarr mat-2.75 miljun TEU jiġifieri mal-kważi tliet miljun kontejner tal-għoxrin pied–il wieħed. Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li din iċ-ċifra timlina b’kuraġġ għas-sena 2014 meta tqis li fi tmiem it-tieni ġimgħa ta’ Mejju u fil-ġurnata tal-Erbgħa l-MFT rreġistrat numru rekord ta’ movimenti ta’ kontenjers.
Huwa qal li l-MFT tħaddem magħha mal-1180 ħaddiem, fosthom 730 impjegat dirett tagħha u l-oħrajn huma ħaddiema tax-Xatt li jiġu assenjati xogħol fil-Freeport.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar li mal-valur ekonomiku dirett li jagħtu lill-ekonomija tagħna l-MFT jużaw servizzi oħra ta’ assistenza bħat-tugboats u l-mooring man. Fil-fatt id-Diretturi tal-MFT raddu ħajr lill-Gvern tal-għajnuna li qed jagħti għaliex bis-saħħa ta’ dawn is-servizzi Malta tista’ tbiegħ pakkett ta’ servizz marittimu komplet li kapaċi jagħmilha unika bħala transhipment hub fil-Mediterran.
Investiment ta’ 15 –il miljun ewro
Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li l-MFT qed temmen fil-potenzjal ta’ dan il-pajjiż u s-settur marittimu tiegħu. Fil-fatt f’din l-aħħar sena, is-Segretarju Parlamentari ħabbar li l-MFT investiet mal-ħmistax–il miljun ewro fi żvilupp ta’ żewg mollijiet li huma l-estensjoni ta’ Terminal 2 North Quayu Terminal 1 West Quay. Is-Segretarju Parlamentari qal li filwaqt li x-xogħol fuq l-estensjoni ta’ Terminal 2 issa jinsab lest u bħalissa qed jopera b’mod normali, ix-xogħol fuq Terminal 1 jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari spjega li bis-saħħa tax-xogħolijiet li saru fuq l-estenzjoni ta’ Terminal 2 l-MFT kapaċi takkomoda l-akbar vapuri fid-dinja b’tunelaġġ li jlaħħaq mat-18,000 kontenjer f’vapur wieħed li jitlaq miċ-Ċina san-naħa ta’ fuq tal-Ewropa.
Min-naħa l-oħra Terminal 1 ser ikun kapaċi jakkomoda vapuri tat-tip RoRo fosthom żewg vapuri tal-kumpanija CMA CGM (it-tielet l-akbar linja tal-vapuri fid-dinja) li jservu ta’ shuttle service bejn Malta – Tripoli u Malta – Benghasi.
Matul iż-żjara s-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera żar lill-ħaddiema tal-MFT u segwa s-sistemi kompjuterizzati li jużaw fosthom dawk ġodda li bis-saħħa ta’ GPS kapaċi jillokalizzaw it-trakkijiet ħalli jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041