Left arrow Go Back

“INĦARSU LEJN SERVIZZ TA’ EĊĊELLENZA FIL-QASAM MARITTIMU” - JOSE’ HERRERA

pr141212
Date Icon 30/05/2014

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kompettività u t-Tkabbir Ekonomiku Jose’ Herrera żar l-estensjoni l-ġdida tal-Malta Freeport Terminals (MFT), li huwa l-operatur privat tal-Malta Freeport. Milqugħ mid-Diretturi tal-MFT Jose’ Herrera qal li l-viżjoni tal-Gvern hija li nħarsu lejn servizz ta’ eċċellenza fil-qasam marittimu; dan billi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq pjan strateġiku li jintegra l-politika marritima. Dan il-pjan jinkorpora l-qagħda strateġika ta’ Malta bħala hub fil-Mediterran. Dan il-pjan jaħseb ukoll fil-qasam tat-trasport marittimu li Malta qed tħares lejh bħala servizz ta’ eċċellenza. F’dan is-sens, il-Gvern qal Jose’ Herrera qal li qed jaħseb biex  jara kif jista’ jinkorpora s-servizz tat-trasport bil-baħar ma’ dak bl-ajru. 

Servizz ta’ eċċellenza fil-qasam marittimu

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Malta Freeport Terminals qed jagħti kontribut ekonomiku kbir lill-pajjiżna. Fis-Sena 2013 l-MFT ġarr mat-2.75 miljun TEU jiġifieri mal-kważi tliet miljun kontejner tal-għoxrin pied–il wieħed. Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li din iċ-ċifra timlina b’kuraġġ għas-sena 2014 meta tqis li fi tmiem it-tieni ġimgħa ta’ Mejju u fil-ġurnata tal-Erbgħa l-MFT rreġistrat numru rekord ta’ movimenti ta’ kontenjers.

Huwa qal li l-MFT tħaddem magħha mal-1180 ħaddiem, fosthom 730 impjegat dirett tagħha u l-oħrajn huma ħaddiema tax-Xatt li jiġu assenjati xogħol fil-Freeport.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li mal-valur ekonomiku dirett li jagħtu lill-ekonomija tagħna l-MFT jużaw servizzi oħra ta’ assistenza bħat-tugboats u l-mooring man. Fil-fatt id-Diretturi tal-MFT raddu ħajr lill-Gvern tal-għajnuna li qed jagħti għaliex bis-saħħa ta’ dawn is-servizzi Malta tista’ tbiegħ pakkett ta’ servizz marittimu komplet li kapaċi jagħmilha unika bħala transhipment hub fil-Mediterran.

Investiment ta’ 15 –il miljun ewro

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li l-MFT qed temmen fil-potenzjal ta’ dan il-pajjiż u s-settur marittimu tiegħu. Fil-fatt f’din l-aħħar sena, is-Segretarju Parlamentari ħabbar li l-MFT investiet mal-ħmistax–il miljun ewro fi żvilupp ta’ żewg mollijiet li huma l-estensjoni ta’ Terminal 2 North Quayu Terminal 1 West Quay. Is-Segretarju Parlamentari qal li filwaqt li x-xogħol fuq l-estensjoni ta’ Terminal 2 issa jinsab lest u bħalissa qed jopera b’mod normali, ix-xogħol fuq Terminal 1 jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari spjega li bis-saħħa tax-xogħolijiet li saru fuq l-estenzjoni ta’ Terminal 2 l-MFT kapaċi takkomoda l-akbar vapuri fid-dinja b’tunelaġġ li jlaħħaq mat-18,000 kontenjer f’vapur wieħed li jitlaq miċ-Ċina san-naħa ta’ fuq tal-Ewropa.

Min-naħa l-oħra Terminal 1 ser ikun kapaċi jakkomoda vapuri tat-tip RoRo fosthom żewg vapuri tal-kumpanija CMA CGM (it-tielet l-akbar linja tal-vapuri fid-dinja) li jservu ta’ shuttle service bejn Malta – Tripoli u Malta – Benghasi.  

Matul iż-żjara s-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera żar lill-ħaddiema tal-MFT u segwa s-sistemi kompjuterizzati li jużaw fosthom dawk ġodda li bis-saħħa ta’ GPS kapaċi jillokalizzaw it-trakkijiet ħalli jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli tagħhom.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow