IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI IŻUR IS-SAN MIGUEL RESOURCE CENTRE
Dalgħodu il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar is-San Miguel Resourse Centre f'Pembroke fejn seta jara il-frott ta’ fond kreattiv mmexxi mid-Direttorat tal-Kultura.
Huwa żar wieħed fost 18-il progett kreattiv li ingħataw il-fondi is-sena li għaddiet u li x-xogħol fuqhu ilu ghaddej sa mil-bidu tas-sena skolastika.
Il-programm Kreattiv huwa parti mill-impenn tal-Gvern sabiex jinkoraggixxi lill-edukaturi sabiex jidħlu f'kollaborazzjoni ma atturi kreattivi bil-għan jiżdied l-impenn fis-settur kreattiv billi tingħata aktar valur l-esperjenza ta’ tagħlim fl-ambjent tal-iskola.
Il-programm Kreattiv permezz ta kompetizzjoni jappoġja proġetti konġunti mfassla u implimentati b'mod kollaborattiv bejn l-istudenti , l-għalliema u atturi kreattivi. Dawn il-proġetti jfittxu li jikkumplimentaw il-curriculum edukattiv iżda ma jgħamlux parti minnhu.
Huma diversi oqsma ta’ attività kreattiva eliġibbli sabiex japplikaw għal dan il fond fosthom : il-wirt , arti , il-midja , u servizzi kreattivi.
L-ammont annwali mogħti għall Kreattiv huwa ta’ € 80,000, b’massimu ta' € 5,000 għal kull proposta magħżula, liema ammont għandu jintuża matul sena akkademika. Fis-sena skolastika 2013-2014 kienu magħżula 18-il proġett filwaqt li sal-lum , 54 -proġetti matul l-aħħar tliet snin gawdew minn din l-iskema li laqtu lill-mijiet ta 'studenti kollha madwar Malta u Għawdex .
Intant il-proġett li attenda għalih Dr Bonnici kien organizzat minn TOITOI programme mit-Teatru Manoel.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041