Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI IŻUR IS-SAN MIGUEL RESOURCE CENTRE

pr141211
Date Icon 30/05/2014

Dalgħodu il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar is-San Miguel Resourse Centre f'Pembroke fejn seta jara il-frott ta’ fond kreattiv mmexxi mid-Direttorat tal-Kultura.

Huwa żar wieħed fost 18-il progett kreattiv li ingħataw il-fondi is-sena li għaddiet u li x-xogħol fuqhu ilu ghaddej sa mil-bidu tas-sena skolastika.

Il-programm Kreattiv huwa parti mill-impenn tal-Gvern sabiex jinkoraggixxi lill-edukaturi sabiex jidħlu f'kollaborazzjoni ma atturi kreattivi bil-għan jiżdied l-impenn fis-settur kreattiv billi tingħata aktar valur l-esperjenza ta’ tagħlim fl-ambjent tal-iskola.

Il-programm Kreattiv permezz ta kompetizzjoni jappoġja  proġetti konġunti mfassla u implimentati b'mod kollaborattiv bejn l-istudenti , l-għalliema u atturi kreattivi. Dawn il-proġetti jfittxu li jikkumplimentaw il-curriculum edukattiv iżda ma jgħamlux parti minnhu.

Huma diversi oqsma ta’ attività kreattiva eliġibbli sabiex japplikaw għal dan il fond fosthom : il-wirt , arti , il-midja , u servizzi kreattivi.

L-ammont annwali mogħti għall Kreattiv huwa ta’ € 80,000, b’massimu ta' € 5,000 għal kull proposta magħżula, liema ammont għandu jintuża matul sena akkademika. Fis-sena skolastika 2013-2014 kienu magħżula 18-il proġett filwaqt li sal-lum , 54 -proġetti matul l-aħħar tliet snin gawdew minn din l-iskema li laqtu lill-mijiet ta 'studenti kollha madwar Malta u Għawdex .

Intant il-proġett li attenda għalih Dr Bonnici kien organizzat minn TOITOI programme mit-Teatru Manoel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow