JITĦABBAR SEMINAR KONSULTATTIV GĦALL-ISTANDARDS GĦAL RESIDENZI TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ
pr141206
30/05/2014
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jinforma lill-pubbliku li l-Perjodu ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-istandards għal Residenzi ta’ Persuni b’Diżabilità ser jiġi estiż sal-20 ta’ Ġunju. Dan ġie deċiż wara li kien hemm diversi talbiet li waslu għand is-Segretarjat minn diversi entitajiet differenti li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tad-diżabilità.
Is-Segretarjat Parlamentari jħabbar ukoll li ser ikun qiegħed jorganizza Seminar Konsultattiv propju għal dawn l-istandards. Is-Seminar Konsultattiv ser isir nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju 2014 fil-5:00pm. Min hu interessat jista` jikkuntatja lis-Segretarjat Parlamentari fuq l-email uffiċjali activeageing@gov.mt jew 2590 3175.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041