IL-MINISTRU LEO BRINCAT U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-AVUKAT MICHAEL FALZON WAQT LAQGĦA MAL- KUMITAT REĠJONALI TAL-MCESD GĦAL GĦAWDEX
Illum waqt li kienu qed jindirizzaw il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex, il- Ministru Leo Brincat qal li huwa sodisfatt bil-pass u l-metodu kif qed jimxi l-proċess tad-demerger u dan jafuh l-istakeholders ewlenin, inkluż il-ħaddiema.
Il-Ministru Brincat qal li barra diversi aspetti li jsaħħu l-id regolatorju tal-Awtorita’ tal-Ambjent, ser tiddaħħal proviżjoni biex titfassal strateġija nazzjonali għall-ambjent li tissetja qafas għall-pjanijiet, policies u programm ambjentali. Sal-lum għandna dokument mingħajr saħħa legali li jagħti l-politika ambjentali. Mingħajr saħħa legali l-implimentazzjoni ta’ din il-politika dejjem tibqa’ waħda volontarja.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari l-Avukat Michael Falzon, qal li d-Demerger huwa parti mill-manifest elettorali li għad irid jitwettaq. Is-separazzjoni bejn l-ippjanar u l-ambjent huwa pass importanti fejn se tinħoloq awtorita’ awtonoma li tkun tista’ tipprovdi iktar effiċċjenza. Huwa qal ukoll li permezz tad-Demerger l-ambjent se jkollu rappreżentanza permanenti fejn jinvolvi pjan statutorju. Min-naħa tal-ippjanar, se tiġi ntrodotta sistema ta’ fast track biex b’hekk ikun hemm iktar effiċċjenza.
L-Avukat Michael Falzon ikkonkluda billi qal li jeżisti bilanċ fin ħafna bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Il-Gżira Għawdxija hija gżira ta’ kwalita’, b’partikolaritajiet u elementi differenti minn Malta. Dawn għandhom jigu protetti u kkurati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041