Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-ISKEMI TA’ FINANZJAMENT GĦAL-LIBRERIJI LOKALI MIS- SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, DR STEFAN BUONTEMPO

pr141202
Date Icon 29/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo nieda l-iskema ta’ finanzjament għal-libreriji lokali. Waqt din iċ-ċerimonja tqassmu l-flus lill-Kunsilli Lokali għall-użu fil-libreriji tagħhom. Kien hemm madwar 50 librerija li bejniethom ibbenefikaw minn din l-iskema.

Dr. Stefan Buontempo qal li kuntrarju għal min jgħid li dawn huma flus fil-ħela, fir-realta’ dawn il-flus huma mportanti għax jagħtu għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex isaħħu l-libreriji tal-lokal tagħhom għal benefiċċju kemm tal-adult, żgħażagħ, kif ukoll tat- tfal.

It-teknoloġija tal-informatika għamlet rivoluzzjoni u bidlet l-istil tal-ħajja iżda minkejja din  l-insistenza kollha fuq il-kompjuter jidher ċar li l-ktieb għad għandu postu u għalhekk huwa mportanti li dawn il-libreriji jkomplu jissaħħu u jiġu fornuti b’kotba ġodda bil-għan li aktar nies jitħajjru jaqraw.

Dr Buontempo irringrazzja lill-Kunsilli Lokali kollha tal-ħidma tagħhom mhux biss f’attivitajiet kulturali iżda fuq inizjattivi ta’ tagħlim li jgħin mhux bi ftit liċ-ċittadin sabiex ikompli jitgħallem u jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu.

Video jista’ jiġi ddawnlowdjat minn dan il-link

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow