Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN: PREZZ TAL-MGS B’RATA TA’ MGĦAX FISSA

pr141198mt
Date Icon 29/05/2014

B’referenza għall-Istqarrija Nru. 141151, ta’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, 2014 l-Accountant General javża li l-prezz tal-iStock b’Rata ta’ Mgħax Fissa li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)     4.3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (I) bi prezz ta’ €100.75 b’YTM ta’ 4.242%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal  4.287%;

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-2 ta’ Ġunju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:

(a) fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-4 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u

(b) f’nofsinhar tat-Tnejn id-9 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor. 

Fil-każ tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur + 90 basis points (bps), it-Teżor jikkomunika r-rata ta’ mgħax tal-bidu (intial interest rate) nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju, 2014.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, www.treasury.gov.mt. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow