Left arrow Go Back

STEFAN BUONTEMPO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, INDIRIZZA KONFERENZA STAMPA BIEX JIPPROMWOVI FESTIVALS ORGANIZZATI MILL-KUNSILLI LOKALI TAL-MELLIEĦA U TA’ ĦAŻ ŻABBAR

pr141192
Date Icon 28/05/2014

Waqt konferenza stampa, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo fl-introduzzjoni tiegħu qal li barra l-Festivals organizzati mill-Kunsilli tal-Mellieħa u ta’ Ħaż Żabbar, dan il-weekend, ser jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali ħames attivitajiet oħra fil-lokalitajiet tal-Pietà, il-Ħamrun, l-Għasri, iż-Żurrieq u x-Xgħajra.

Stefan Buontempo indirizza l-konferenza stampa biex jippromwovi il-‘Festival Internazzjonali tal-Mużika fil-Mellieħa’ organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ser isir bejn il-31 ta’ Mejju u 1 ta’ Ġunju 2014 u ‘The Malta International Food Festival’ organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar li ser isir nhar is-Sibt, 31 ta’ Mejju 2014.

Dwar ‘The Malta International Food Festival’ ta’ Ħaż Żabbar, is-Segretarju Parlamentari qal li hija opportunità li waqt dan il-festival idduq ikel differenti msajjar minn koki professjonali inkluż divertiment varjat. Dan kollu ser isir f’post wieħed. Permezz ta’ dan il-festival ser jiżdied ukoll l-għarfien u l-apprezzament tal-oġġetti u siti storiċi u kulturali tal-lokal.

Dwar il-‘Festival Internazzjonali tal-Mużika tal-Mellieħa, Stefan Buontempo qal dan il-festival ser ikun qed jospita xejn anqas minn 300 mużiċist mix-xena internazzjonali tal-mużika li fost oħrajn, ġejjin mill-Ingilterra u min-Norveġja. Dan il-festival ser jiffaċilita wkoll il-possibilitajiet li l-għaqdiet mużikali u l-baned Mellieħin li huma: l-Għaqda Mużikali Imperial, is-Soċjetà Filarmonica La Vittoria u l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, sabiex jibdew kuntatti ġodda ma’ baned internazzjonali. Barra minn hekk, permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-mużiċisti se jtejbu l-livell mużikali tagħhom.

Stefan Buontempo semma wkoll attivitaijiet oħra organizzati mill-Kunsilli Lokali li ser isiru wkoll f’dan il-weekend. Fil-31 ta’ Mejju 2014 ser ikun hemm ‘Fire and Water Display’ fil-Pietà u ‘Ħamrun Fest’ fil-Ħamrun. Bejn il-31 ta’ Mejju u 1 ta’ Ġunju 2014 ser ikun hemm ‘L-Għasri jiċċelebra l-Arti’ fl-Għasri filwaqt li fl-1 ta’ Ġunju ser jiġu organizzati wkoll ‘Fish Festival’ fiż-Żurrieq u ‘Festa Lapsi’ fix-Xgħajra.

Stefan Buontempo qal ukoll li din is-sena hawn 75 attvità kulturali organizzati bejn il-Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrattivi u l-Kumitati Reġjonali. Dawn l-attivitajiet imsemmija qed jiġu organizzati f’xhur li huma relattivament kwieti għat-Turiżmu.

Filwaqt li awgura lil dawn il-Kunsilli Lokali kull suċċess għal dawn il-festivals, Stefan Buontempo appella lill-familji Maltin u Għawdxin kollha sabiex jattendu bi ħġarhom għal dawn il-festivals.

Għal din il-Konferenza Stampa tkellmu wkoll Quinton Scerri, Sindku ta’ Ħaż Żabbar, u Clayton Bartolo, Viċi Sindku tal-Mellieħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow