Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W.VELLA JIFFIRMA MEMORANDUM OF UNDERSTANDING MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

pr141191mt
Date Icon 28/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella, illum iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda,  l-Altezza Tiegħu Sheikh Abdullah Bin Zayed Al Nahyan. Iż-żewġ Ministri tkellmu fit-tul dwar l-iżviluppi li qed iseħħu fir-reġjuni rispettivi u ddiskutew modi kif jistgħu jissaħħu r-rabtiet bilaterali.  Tkellmu fuq kooperazzjoni f’diversi oqsma, fosthom fl-edukazzjoni, kultura, kummerċ, u suġġetti konsolari.

Il-Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda esprima x-xewqa li jżur Malta fix-xhur li ġejjin bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi deskritti minnu bħala eċċellenti.  Min-naħa tiegħu l-Ministru Vella saħaq fuq il-potenzjal li għandha Malta f’diversi oqsma, li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Emirati Għarab Magħquda u ħeġġeġ lil dan il-pajjiż biex ikompli jsaħħaħ l-irwol tiegħu fir-reġjun.

Iż-żewġ Ministri ffirmaw Memorandum of Understanding għal kooperazzjoni politika li ser tkun il-qafas għal iktar skambji bejn iż-żewġ Ministri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow