Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141189
Date Icon 28/05/2014

Illum tmienja  u tmenin voluntier ingħaqdu fil-Protezzjoni Ċivili. Waqt ċerimonja biex dawn il-voluntiera jieħdu il-ġurament, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia f’isem il-pajjiż irringrazzja lil dawn il-voluntiera li ser jiddedikaw ħinhom għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Huwa qal li hu dnub li kien ilhom ħames snin ma jidħlu grupp f’daqqa ta’ voluntiera. Dan juri li Gvern preċedenti ma kienx jirrikonoxxi l-kontribut siewi li jista’ jagħti l-volontorjat.

Apparti t-tmienja u tmenin voluntier li daħlu llum, taħt dan il-Gvern diġà ngħaqdu bħala voluntiera mal-Protezzjoni Ċivili  tmenin persuna oħra.

L-interess tal-voluntiera huwa rifless fin-numri ta’ applikanti li dejjem qed jikber meta joħorgu sejħiet għal xogħlijiet fil-Korpi Dixxiplinati. Wara snin ta’ nuqqas ta’ ħeġġa, dan l-interess huwa pass pożittiv.

Fil-każ tal-Protezzjoni Ċivili, daqt ser jingħaqdu aktar persuni li jaħdmu fuq bażi full-time. Dr. Mallia qal li hu ġust li min ilu jagħti volontarjat fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili, ikollu l-opportunità jagħmel dan fuq bażi full-time.

Il-Ministru Mallia qal li dan il-Gvern għaddej b’ħidma kontinwa biex iżid kemm ir-riżorsi umani kif ukoll l-apparat fil-Korpi Dixxiplinati kollha.  Iżda l-akbar impenn tal-Gvern hu dak li jagħti drittijiet mistħoqqa lill-membri tal-Korpi Dixxiplinati u għalhekk illum nistgħu ngħidu li wkoll il-Korpi Dixxiplinati Maltin daqt ser ikollhom d-dritt li jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom, hekk kif ilbieraħ beda l-ewwel qari ta’ din il-liġi.

Il-Kap tal-Protezzjoni Ċivili, John Rizzo rringrazzja lill-voluntiera u qal li skond il-liġi l-voluntiera wkoll iridu jagħmlu kors ta’ sena. John Rizzo qal li dawn il-voluntiera ser ikunu qed jgħinu lill-Protezzjoni Ċivili kemm fuq bażi lokali kif ukoll internazzjonali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow