STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nhar it-Tlieta 27 ta' Mejju 2014
Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala sinjal lill-Ewropa.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fi tmiem laqgħa tal-Kapijiet tal-Istati tal-UE t-Tlieta filgħaxija.
Il-fatt li ż-żewġ gruppi kbar fil-Parlament Ewropew qed jaqblu li l-ex Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker għandu jkun l-ewwel li jingħata possibbiltà jifforma maġġoranza, ma jistax jiġi injorat.
F'dan l-istadju, l-aktar importanti huwa l-programm tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.
Ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea għandu jiffoka fuq tkabbir ekonomiku u ħolqien tax-xogħol, u li tagħti aktar spazju lill-Istati Membri.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni u qal li għandu jinħoloq framework ġdid għall-immigrazzjoni.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041