Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JINDIRIZZA L-BENNA COOKING CHALLENGE

pr141180
Date Icon 28/05/2014

Il-Benna Cooking Challenge hija kompetizzjoni li saret qalb l-istudenti tal-ITS,  fiha kienu mħeġġa jużaw il-prodotti Maltin, b’mod paritkolari prodotti tal-ħalib lokali. B’dan il-mod l-istudenti kienu mħeġġa jagħmlu użu aħjar mill-prodotti varji tal-ħalib lokali.

Waqt il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati li ngħataw lill-istudenti, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, qal li l-Malta Dairy Products tixtri l-ħalib kollu ta’ Malta u Għawdex, u matul l-2013 użat kważi 41 miljun litru ta’ ħalib frisk lokali.

Roderick Galdes saħaq li l-viżjoni tal-Gvern hi li jara lis-settur turistiku parteċipi fil-promozzjoni tal-prodotti Maltin. Fakkar li s-settur tal-ħalib f’Malta wettaq investimenti kbar f’dawn l-aħħar snin, b’investiment ta’ aktar minn €40 miljun fl-irziezet, fejn jiġi prodott il-ħalib li mbagħad jiġi mixtri mill-Benna, kif ukoll fl-impjant tal-iproċessar tal-Benna b’investiment kapitali ta’ madwar €17 miljun.

Is-settur tal-ħalib jikkontribwixxi direttament kemm għall-ekonomija tal-pajjiż kif ukoll għas-settur tal-impjiegi, fejn hawn 120 azjenda tal-produzzjoni tal-ħalib, u mal-115-il impjegat fl-iproċessar tal-ħalib, hemm ukoll oħrajn li jagħtu s-servizz tagħhom bħala burdnara.

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JINDIRIZZA L-BENNA COOKING CHALLENGE
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JINDIRIZZA L-BENNA COOKING CHALLENGE
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JINDIRIZZA L-BENNA COOKING CHALLENGE
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow