IL-GVERN IMPENJAT BIEX JINDIRIZZA L-WAITING LIST FL-OPERAZZJONIJIET TAL-KATARETTI
Bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex il-pazjent jinqeda’ aħjar u fil-ħin, qegħda tiġi indirizzata l-waiting list fl-operazzjonijiet tal-kataretti. Permezz ta’ metodi ta’ xogħol aktar effiċjenti u investiment f’tagħmir ġdid, fix-xhur li ġejjin se tkun qed tonqos drastikament il-lista ta’ stennija għal din l-operazzjoni li tolqot diversi persuni speċjalment l-anzjani.
Fil-preżent, hemm 3,195 pazjent jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-kataretti biż-żmien tal-istennija jkun ta’ kważi sentejn.
Permezz ta’ kirurgi speċjalizzati fl-operazzjonijiet tal-għajnejn, żdied l-ammont ta’ operazzjonijiet biex b’mod konkret sas-sena 2015 l-istennija għal din l-operazzjoni tinżel għal sena.
B’dan il-mod, sas-sena 2016 l-istennija għal operazzjoni tal-kataretti tkun tista’ tinżel għal inqas minn erba’ xhur, hekk kif inhu rrakkomandat minn standards internazzjonali.
Fiż-żmien li ġej huwa wkoll ippjanat li jkompli jissaħħaħ s-servizz tal-kataretti f’Għawdex.
Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-impenn tal-Gvern biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en