Left arrow Mur Lura

MALTA TOSPITA L-IDAHO 2014 FORUM FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI KONTRA L-OMOFOBIJA U T-TRANSFOBIJA LI JIĠI ĊĊELEBRAT FIS-17 TA’ MEJJU

pr141041mt
Date Icon 14/05/2014

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli u l-Ministru għall-Integrazzjoni Svediż Erik Ullenhag jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet konġunta

Ilbieraħ filgħaxija f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tnieda t-tieni IDAHO Forum.

Din il-konferenza internazzjonali organizzata bejn Malta u l-Isvezja hija mifruxa fuq jumejn u qed tara l-parteċipazzjoni ta’ diversi ministri barranin u delegati minn pajjiżi differenti fosthom mill-Isvezja, l-Irlanda, l-Olanda, l-Iżlanda, il-Montenegro, il-Kroazja, l-Islovenja, id-Danimarka, l-Albanija u l-Lussemburgu. Dan apparti delegazzjonijiet oħra governattivi mill-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Ministru għall-Integrazzjoni Svediż Erik Ullenhag, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret is-sinifikat importanti li konferenza bħal din għandha, aktar u aktar meta qed tkun organizzata mal-Isvezja, liema pajjiż ilu snin fuq quddiem f’materji LGBTI.

Hija qalet li dan il-forum b’rappreżentanza wiesgħa ta’ diversi ministri u gvernijiet barranin se jgħaqqad il-Kontinent Ewropew fl-isfida għall-ugwaljanza, fl-istess ħin li se jservi t’opportunità għal pajjiżi fil-Mediterran u fin-nofsinhar tal-Ewropa biex jelevaw aktar ’il fuq materji LGBTI  fl-aġenda nazzjonali tagħhom kif għamlet Malta.

Fid-dawl tal-fatt li l-konferenza se tiddiskuti riżultati ta’ stħarriġ li sar mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fost persuni LGBTI dwar diskriminazzjoni omofobika u transfobika, il-Ministru Helena Dalli qalet li avvenimenti bħall-IDAHO iservu ta’ lok għal aktar impenn u azzjoni konkreta mill-pajjiżi parteċipi.

Dan se jkun anke rifless fid-Dikjarazzjoni ta’ Impenn li l-pajjiżi differenti se jkunu qed jiffirmaw lejn tmiem il-konferenza bil-għan li jintbagħat messaġġ b’saħħtu għal azzjoni koordinata fuq livell nazzjonali, Ewropew u dak globali.

Dr Dalli temmet temfasizza fuq il-bżonn li l-gvernijiet jaħdmu id f’id biex jassiguraw li l-ugwaljanza tirbaħ fuq id-diskriminazzjoni, u biex jitneħħa kull preġudizzju minn fuq persuni LGBTI.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Integrazzjoni Svediż Erik Ullenhag.

Intant, l-IDAHO Forum 2014 kien imniedi uffiċjalment b’ċerimonja simbolika, b’pajjiżna jirċievi l-banner uffiċjali tal-IDAHO tas-sena li għaddiet mingħand l-Olanda li kien il-pajjiż li ospita l-ewwel edizzjoni fl-2013.

Tard filgħaxija l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat indirizza lid-delegati barranin waqt riċeviment li sar għall-okkażjoni.

Il-konferenza tissokta dalgħodu bl-indirizz mill-Ministru Helena Dalli u l-Ministru Svediż Erik Ullenhag waqt is-sessjoni plenarja.

Il-konferenza qed tkun imxandra permezz ta’ sistema ta’ live streaming fuq www.idaho2014forum.org

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow