TAKE UP TA' 700 STUDENT GĦAL BREAKFAST CLUBS
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dalgħodu żar l-iskola Primarja ta' St Venera, fi ħdan il-Kulleġġ St.Tereża, hekk kif it-tfal kienu qed jingħataw kolazzjon fl-iskema tal-Breakfast Club.
Il-Programm tal-Breakfast Club beda jopera fl-Iskejjel Statali fil-livell Primarju fl-1 ta’ April 2014. Din hija miżura oħra tal-Budget 2014 sabiex jigu mnehdija strutturi u servizzi li jkunu ta’ appoġġ għal dawk il-familji fejn il-ġenituri jaħdmu.
Kien għalhekk li-Iskejjel bdew jinfetħu fis-7am sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jwasslu lil uliedhom l-iskola fejn dawn jingħataw kolazzjon kif ukoll ikollhom superviżjoni qabel il-ħin tal-Iskola. Dan huwa servizz li qed ikun offrut bla ħlas lil dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom jaħdmu.
Matul l-ewwel xahar tas-servizz, madwar 700 student attendew għal Breakfast Club kuljum u b'kollox ġew offruti madwar 11,000 breakfast fil-kulleġġi kollha ta’ Malta u Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en