Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141034mt
Date Icon 13/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf li, fejn ser issir il-votazzjoni bikrija f’San Vincenz de Paule (17/05/2014),  l-isptar Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex (22/05/2014) dawk il-qraba tal-votanti li applikaw għal permess speċjali sabiex jidħlu fir-Residenza/Sptar fil-jum tal-votazzjoni relattiva biex jgħinu lill-qraba tagħhom jaslu mill-Ward tagħhom saz-zona tal-votazzjoni,  għandhom mil-lum jiġbru l-identification tag tagħhom mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta.   Il-ħinijiet huma mis-2.00 pm sas-7.00 pm.

Fil-jiem rispettivi tal-votazzjoni, f’San Vincenz de Paule, l-isptar Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikunu jistgħu jidħlu BISS nies awtorizzati u li jkollhom l-identification tag maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali.

Fl-isptarijiet Mater Dei u Karen Grech, fejn ma hemmx residenti reġistrati bħala votanti, l-identification tag mhix meħtieġa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow