Left arrow Mur Lura

ĠURNATA INTERNAZZJONALI GĦAL KUXJENZA FUQ IL-FIBROMYALGIA

pr141031
Date Icon 12/05/2014

Ix-xahar ta’ Mejju huwa xahar li fih titqajjem kuxjenza dwar diversi kundizzjonijiet  u diżabiltajiet. Fil-fatt dan huwa x-xahar ta’ kuxjenza għall-smiegħ aħjar u anke dwar lingwa aħjar u allura tolqot direttament lill-persuni neqsin mis-smiegħ jew għandhom nuqqasijiet sensorjali.

Huwa wkoll ix-xahar dwar is-celiac awareness li hija kundizzjoni li teffettwa s-sistema diġestiva u li qed narawha ħafna iktar fost it-tfal.  Mejju huwa l-correct posture month u fih titqajjem kuxjenza speċjalment fost it-tfal, ta’ kif għandhom joqgħodu biex ġisimhom u l-qagħda ta’ ġisimhom tiżviluppa b’mod korrett biex jiġu evitati problemi iktar gravi ‘il quddiem li anke jistgħu jwasslu għal diversi kumplikazzjonijiet anke ta’ mobiltà u problemi oħra fl-għadam u fin-nervaturi u l-muskoli tal-ġisem.

Il-fibromyalgia hija kundizzjoni li qed insiru nafu biha f’dan l-aħħar żminijiet anke permezz ta’ kuxjenza fost il-medja socjali fuq l–internet. Din il-kundizzjonijiet qiegħed ukoll issir iktar komuni speċjalment fost it-tfal u żgħażagħ u għandna problemi biex tiġi dditerminata.

Is-Segretarju Parlametari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, filwaqt li turi s-solidarjetà tagħha ma dawk il-persuni u familji kollha li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet, tgħid li hem bżonn, “Nimpenjaw ruħna biex isiru iktar kampanji ta’ għarfien però iktar minn hekk, biex ikun hemm iktar għajnuna.”

Il-Gvern irreaġixxa għal dawn il-bżonnijiet billi sa mill-ewwel ġranet tiegħu inkluda din il-kundizzjoni fil-lista ta’ kundizzjonijiet li jintitolaw l-applikant għal karta is-Safra. Din il-Karta tintitola l-Applikant għal mediċini b’xejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow