Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141026
Date Icon 12/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Votazzjoni f’San Vinċenz de Paule, fit-23 Dar tal-Anzjani u fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex

Permezz ta’ emendi fil-legiżlazzjoni elettorali, il-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

Residenza San Vincenz de Paule u 23 Dar tal-Anzjani  (ara Skeda)  - is-Sibt, 17 ta’ Mejju, 2014 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paule u tat-23 Dar tal-Anzjani:

jivvotaw f’dawn il-postijiet (fis-17/05/2014), dawk il-votanti li huma reġistrati f’San Vinċenz kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 10 ta’ Mejju, 2014.

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa, 14 ta’ Mejju, 2014.

Jekk resident f’San Vinċenz jixtieq li xi qarib jakkumpanjah mill-Ward saż-żona tal-votazzjoni jeħtieġlu jkollu identification tag maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.  It-talba għall-identification tag trid issir sal-Ħamis, 15 ta’ Mejju, 2014.

Fil-każ tal-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex:

jivvotaw f’dawn il-postijiet (fit-22/05/2014) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 19 ta’ Mejju, 2014, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.  Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sat-22 ta’ Mejju.

Jekk votant fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex jew f’Monte Karmeli jixtieq li xi qarib jakkumpanjah mill-Ward saż-żona tal-votazzjoni, jeħtieġlu jkollu identification tag maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Skeda

01

Il-Hamrun

Dar San Pawl

02

Tal-Pieta'

Sa Maison Retirement Home

03

Bormla

Dar tal-Anzjani

04

Il-Fgura

7, Villa Robinich

05

Iż-Żejtun

Dar l-Anzjani

06

Ir-Rabat (M)

Villa Messina

07

Ir-Rabat (M)

Dar Saura

08

L-Imtarfa

Dar għall-Anzjani

09

L-Imsida

Dar l-Anzjani

10

L-Imsida

Marina Palace

11

San Ġiljan

Casa Leone XIII

12

San Ġiljan

Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp

13

Ħ’Attard

Dar  Santa Katerina

14

Ħ’Attard

Roseville

15

Ħal Balzan

Casa Antonia

16

Il-Mosta

Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’

17

Il-Mosta

Casa Arkati

18

Il-Mosta

Ċentru Anzjani

19

Il-Mosta

Central Home

20

Il-Mellieħa

Dar il-Madonna tal-Mellieħa

21

In-Naxxar

Dar Sagra Familja

22

San Pawl il-Baħar

Casa Serena

23

Birkirkara

Dar tal-Kleru

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow