IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI TAGĦMEL IT-TIENI ŻJARA LIĊ-ĊENTRU L-ĠDID GĦALL-PERSUNI NEQSIN MID-DAWL
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, f’temp ta’ ftit ġranet għamlet it-tieni żjara liċ-ċentru il-ġdid Outlook li minn hawn u ftit ieħor ser ikun qiegħed jilqà il-persuni neqsin mid-dawl.
Preżentament iċ-Ċentru li jattendu dawn il-Persuni huwa post ta’ livell li ma jixraqx lil dawn il-Persuni u mhux addattat għall-bżonnijiet tagħhom. Kien għalhekk li il-Gvern ħa l-inizjattiva sabiex jinfetaħ Ċentru ġdid bis-sħubija mal-privat biex jilqà lil dawn il-Persuni f’ambjent iktar komdu u addat u bi programm imsawwar fuq il-bżonnijiet anke individwali ta’ dawn il-Persuni. Il-Programm ser ikun varjat bl-inklużjoni ta’ prattiċi u attivitajiet moderni.
Is-Segretarju Parlamentari kienet akkumpanjata mill-Perit tal-Fondazzjoni Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, minn Mauro Farrugia direttur tal-Aġenzija Sapport fejn ukoll ġew mistħarrġa il-faċilitajiet mill-lenti ta’ Standards u livell ta’ Sigurtà. Sadditant is-Segretarju Parlamentari laħqet arranġament għall-provista ta’ ikla kuljum lill kull klijent li ma kinetx inkluża fil-ftehim Oriġinali.
Is-Segretarjat Parlamentari jassigura li qiegħdin jittieħdu il-passi kollha meħtieġa biex issir qabża fil-kwalità fis-Servizzi li jingħataw lill-Persuni nieqsa mid-Dawl.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en