Left arrow Mur Lura

THIS ABILITY: IL-LOGĦBA WHEELCHAIR BASKETBALL MAL-KANDIDATI TAL-MEP U PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr141021
Date Icon 10/05/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport illum tellgħu l-attività partikolari “This Ability” fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq. F'din l-attività kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew lagħbu logħba Wheelchair Basketball kontra persuni b'diżabilità.

Għal din l-attività attenda wkoll il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Dr Michael Farrigia li saħaq fuq l-importanza li ngħarfu li kull wieħed u waħda minna għandhom diżabilitajiet diversi, ta min jidhru u ta min le. Huwa sostna li l-gvern qiegħed jaħdem biex nagħtu iktar spazju lil attivitajiet ta’ din ix-xorta.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana qalet : "Illum ma ġejniex hawnhekk biex norganizzaw attività politika jew ngħaddu xi messaġġ politku bħal ma qegħdin jorganizzaw il-partiti politiċi rispettivi ta’ kuljum għall-kampanja tal-Parlament Ewropew, iżda ġejna biex flimkien nuru bic-ċar kemm il-Persuni b’Diżabilità għandhom abbiltajiet straordinarji u kemm aħna bhala pajjiż kapaċi nqumu għall-okkażjoni u ningħaqdu fejn jidhol dan is-settur". "Din hija attività b’differenza għaliex qed ningħaqdu flimkien biex inwasslu messaġġ qawwi u siewi dwar l-abbiltajiet tal-persuni b'diżabiltà u dwar l-importanza tal-isport fil-ħajja tal-istess persuni b'diżabilità"  sostniet is-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius qal li is-Segretarjat tiegħu laqa’ bil-ferħ din l-inizjattiva u wieħed li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ser ikun qiegħed jaħdem fuq inizjattivi ta’ din ix-xorta fil-futur. 

F’din l-introduzzjoni tkellem ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli għad-Drittijiet u għax-Xogħol ta’ Persuni b’Diżabilità, Dr Stephen Spiteri.  

L-erba' kelliema rringrazzjaw lill-dawk il-kandidati li kienu preżenti għal din l-inizjattiva kif ukoll li kull min irrenda din l-attività possibbli.

Il-Kandidati Preżenti kienu:

Clint Camilleri

Therese Comodini Cachia

Joseph Cuschcieri

Miriam Dalli

Helga Ellul

Mario Farrugia Borg

Ivan Grixti

Roberta Metsola

Deborah Schembri

Jonathan Shaw

Din l-attività ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna ta' Breaking Limits, KNPD, KMS u Inspire. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow