Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141018
Date Icon 10/05/2014

F'pajjiżna mistennija jipparteċipaw aktar pajjżi mis-sena l-oħra għal Junior Eurovision Song Contest

F'laqgħa li l-Ministru Manuel Mallia kellu ma’ Vladislav Yakovlev, uffiċjal għoli fil-European Broadcasting Union, tħabbar li din is-sena mistennija jipparteċipaw aktar pajjiżi mis-sena l-oħra fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir għall-ewwel darba f'pajjiżna.

Din iż-żieda fil-parteċipazzjoni setgħet tkun possibbli wara ħidma li saret mill-Ministeru responsabbli mix-xandir nazzjonali.

Waqt din il-laqgħa, wara insistenza tal-Ministru, ġie miftiehem li l-EBU se żżid l-allokazzjoni finanzjarja li se tagħti lil Malta, meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

Vladislav Yakovlew irringrazzja lill-Ministru Mallia tal-isforzi li qed isiru.

Il-Ministru Manuel Mallia filwaqt li wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-ħidma li qed issir  biex Malta tisfrutta din l-okkażjoni bl-aħjar mod possibbli, issa bdiet issarraf u tagħti r-riżultati, ħabbar il-post fejn se jsir il-Junior Eurovision Song Contest. Dan se jsir f'Novembru  li ġej fiż-żona tax-Shipbuilding.  Potenzjalment dan il-post jista’ jospita sa massimu ta' 5000 persuna. Għal dan il-festival  mistennija jkunu preżenti madwar 800 tifel u tifla Maltin li se jingħataw rwol permezz ta’ attivitajiet kulturali u edukattivi.

Il-lagħqa li jmiss mal-European Broadcasting Union dwar il-Junior Eurovision Song Contest se jsir f'pajjiżna f'Ġunju li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow