Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TINDIRIZZA PROGRAMM TAL-iSPECIAL OLYMPICS MALTA

pr141016
Date Icon 10/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana indirizzat Programm tal-iSpecial Olympics Malta. Hija qalet li waħda mill-għanijiet tagħha hija li tippromovi u toħloq iżjed kuxjenza dwar l-abbiltajiet li għandhom il-persuni b’diżabilità u biex toħloq iktar viżibiltà lil dan is-settur. Hija żiedet tgħid li hemm bżonn iżjed inklużjoni soċjali f’dan is-settur, u li hemm bżonn li nkomplu nqajmu iżjed interess bħalma għandna fi sport ieħor f’pajjiżna.

“Għandi għall-qalbi dan is-settur u s-Segretarjat Parlamentari tiegħi ser ikun qiegħed iħares bil-ħerqa ’l quddiem għall-interess tal-atleti li jipprattikaw sport speċjali, speċjalment dawk tal-iSpecial Olympics Malta. Għandi ammirazzjoni kbira lejkhom”, sostniet is-Segretarju Parlamentari.

Dr Justyne Caruana qalet li ftit tal-ġranet ilu kellha laqgħa mal-amministrazzjoni tal-iSpecial Olypimcs, fejn kella preżentazzjoni ċara ta’ x’inhu jsir minn naħa ta’ special  olympics. Qalet li waqt din il-laqgħa hi tat gwida ta’ kif is-Segretarjat Parlamentari tagħha jistà jgħin f’dan il-qasam. Hija żiedet li għalhekk importanti li nkomplu nedukaw lill-persuni b’diżabilità u il-familjari tagħhom, kemm huwa mportanti l-isports u li żżomm ruħhek attiv. 

"Permezz tal-iSpecial Olympics infethu l-bibien għall-ulied il-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità biex jipprattikaw l-isports”, temmet is-Segretarju Parlamentari, “u għalhekk għandi d-dmir li nagħti l-appoġġ kollu possibbli biex din l-organizzazzjoni tikber biex tilqa’ iktar atleti b'diżabbiltà li jagħmlu unur kbir lill-pajjiżna".

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow